Dome

 

Il-Ġimgħa 2 ta’ Frar:

Festa tal-Kandlora: Preżentazzjoni Tal-Mulej Ġesu u tal-Ħajja Reliġjuza.

Fil-Parroċċa tagħna għandna tlett Ordnijiet: il-Patrijiet Karmelitani, is-Sorijiet Benedittini u s-Sorijiet ta’ Dorotej.  Mitlubin li niftakru fihom fit talb tagħna.

Fis-6.00pm isir it-tberik tax-Xemgħa u wara Purċissjoni fil-Katidral.  Nfakkru li aħna lkoll li rċivejna l-Magħmudija ilkoll iridu nwasslu d-dawl ta’ Kristu lill-oħrajn.  Nħeġġu li min ikun jista’ jattendi għal din il-Quddiesa.

Is-Sibt 3 ta’ Frar:

Festa ta’ San Blas: Fil-quddiesa tad-9.00am jitqassam ukoll il-ħobż.

Il-Ħadd 4 ta’ Frar:

Festa ta’ Sant Agata: Fil-Knisja ta’ Sant Agata r-Rabat, il-Kapitlu Metropolitan sejjer imexxi Quddiesa fid-9.30am