Dome

 

SOLENNITA` TAL-KONVERŻJONI TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL

TITULAR TAL-KATIDRAL TAL-IMDINA

 

IS-SIBT 27 TA’ JANNAR 2018

4.30pm: Traslazzjoni tar-Relikwija tal-Appostlu Missierna u l-Ewwel Għasar.  Imexxi Mgr. Pawlu Cremona OP Arċisqof Emeritus.

6.00pm: Quddiesa

IL-ĦADD 28 TA’ JANNAR 2018

8.15am: Reċitar tal-Lawdi

9.00am:  Mgr. Arċisqof Charles J. Scicluna jaħtar 8 Kanonċi tal-Katidral Metropolitan ta’ Malta: Mgr. Joseph Brincat bħala Monsinjur Effettiv; Mgr. Dr. Emmanuel Agius, Mgr. Dr. Hector Scerri, Mgr. Alfred Vella u Mgr. Dr. Edgar Vella bħala Kuġituri; u Mgr. Richard Borg u Mgr. Vincent Cachia bħala Monsinjuri Onorarji.

9.45am: Mgr. Arċisqof Charles J. Scicluna imexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali bil-Barka Appostolika, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, bil-paniġierku.  Dun Brendan Mark Gatt jinseġ il-Paniġierku.

11.15am: Quddiesa tal-ħin

5.00pm: It-Tieni Għasar Kantat.  Issir ir-Repożizzjoni tar-Relikwija, segwita minn Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6.00pm: Quddiesa tal-ħin