AVVIŻI – KATIDRAL METROPOLITAN TA’ SAN PAWL – MDINA

  • Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru 2018 ser ikomplu l-laqgħat ta’ Lectio Divina. Dawn ser isiru fis-Sala tas-Sorijiet Benedittini, dħul mill-pjazza ħdejn l-Għassa tal-Pulizija tal-Imdina. Il-Lectio tibda fis-6.30pm u tispiċċa fis-7.30pm. Kulħadd huwa mistiden. L-attendenza hija mingħajr ħlas.

 

  • Matul ix-xahar ta’ Ottubru jingħad kuljum ir-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat espost fil-5.30pm, u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. It-Talba tar-Rużarju ssir skont l-intenzjonijiet tal-Papa. Nhar l-Erbgħa u s-Sibt tingħad it-talba tal-Anglu li għallem lit-tlett itfal ta’ Fatima.

 

  • Nhar il-Ħamis 5 ta’ Ottubru jitfakkar il-Jum Dinji tal-Anzjani. Ser issir Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta fl-10.00am.