Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Ġunju 2019 fl-Imdina, ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu.  Fid-09:30 Quddiesa u wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ San Pawl, Triq Villegaignon, Triq San Pietru, Triq l-Imħażen, Misraħ il-Mina tal-Griegi, Triq Mesquita, Triq Villegaignon; fil-Kappella tal-Monasteru San Pietru issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika, u wara nkomplu għall-Katidral.  Din il-Festa ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

It-tfal tal-Ewwel Tqarbina jakkumpanjaw.  Inħeġġu lir-residenti tal-Imdina sabiex jieħdu sehem; u minn fejn ser tgħaddi l-purċissjoni huma mistednin iżejnu t-toroq b’ward u qsari, u l-gallariji bid-drapp.