Id-Duluri tal-Madonna, l-Ġimgħa, 12 t’ April 2019

Fid-9.00am: Quddiesa bis-Sagrament tad-Dilka tal-Morda.

Fis-6.00pm: Quddiesa tal-ħin.

Ħadd il-Palm, 14 t’April 2019

Fid-9.30am: Tberik tal-friegħi tal-palm u taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ San Benedittu, purċissjoni għall-Katidral u Konċelebrazzjoni bil-qari tal-Passjoni skond San Mattew.  Imexxi l-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P. Arċisqof Emeritus.

Fil-11.00am: Quddiesa tal-ħin.

Fis-6.00pm: Quddiesa tal-ħin.

Ħamis ix-Xirka, 18 t’ April 2019

Fis-6.30pm: Konċelebrazzjoni bil-ħasil tar-riġlejn u purċissjoni bis-Sagrament għall-Artal tar-Repożizzjoni.

Fit-8.00pm: Jibdew il-Viżti.

Fl-10.00pm: Siegħa Adorazzjoni organizzata mill-Parroċċa.

Il-Ġimgħa l-Kbira, 19 t’April 2019 (sawm u astinenza)

Fit-8.30am: Liturġija tas-Sigħat quddiem l-Artal tar-Repożizzjoni.

Fit-3.30pm: Tifkira solenni tal-mewt ta’ Ġesu’ bil-qari tal-Passjoni skond San Ġwann, bl-adorazzjoni tas-Salib u bit-tqarbin.

Is-Sibt Imqaddes tal-Għid, 20 t’April 2019

Fit-8.30am: Liturġija tas-Sigħat

Fit-8.00pm: Ċelebrazzjoni tal-Viġili tal-Għid bit-tberik tan-nar u t-tħabbira tal-Għid, il-qari ta’ seba’ lezzjonijiet, it-tberik tal-ilma, Magħmudija u t-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija u Liturġija Ewkaristika.  Imexxi l-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi Isqof Awżiljarju.

Ħadd il-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, 21 t’April 2019

Fid-8.50am: Lawdi kantat u Terza.

Fid-9.30am: Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Eċċ. Mons. Pawlu Cremona O.P. Arċisqof Emeritus.

Fil-11.00am: Quddiesa tal-ħin.

Fis-6.00pm: Quddiesa tal-ħin.