LECTIO  DIVINA  FUQ L-ITTRI TA’ SAN PAWL

Il-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina fil-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl se jorganizza Lectio Divina b’kollobarazzjoni mad-Dipartiment tal-Iskrittura tal-Fakultà tat-Teologija fl-Università ta’ Malta. Dan ser issir fis-Sala tal-Kunvent tas-Sorijiet Benedittini li qegħda fid-daħla ewlenija tal-Belt tal-Imdina. Dawn ser isiru kull nhar ta’ Gimgħa mis-6.30pm sas-7.30pm, u jibdew nhar il-Gimgħa 15 ta’ Settembru 2017.

X’inhi din il-Lectio Divina?

Fil-Kristjaneżmu, Lectio Divina (Qari Divin) hija prattika Benedittina tradizzjonali ta’ qari skritturali, meditazzjoni u talb maħsuba biex tippromwovi komunijoni ma’ Alla u biex iżżid l-għarfien tal-Kelma ta’ Alla. Mhijiex analiżi teoloġika tat-testi Bibbliċi u lanqas biex jiġu studjati, iżda tarahom ma’ Kristu bħala ċ-ċavetta għat-tifsira tagħhom, bħala l-Kelma Ħajja.

Il-Kostituzzjoni Dommatika Dei Verbum tal-Konċilju Vatikan II irrakkomandat il-Lectio Divina lill-pubbliku ġenerali u l-importanza tagħha ġiet affermata mill-Papa Benedittu XVI, waqt li kien qed ifakkar l-40 anniversarju mid-Dei Verbum.

Il-Lectio Divina hi miftuħa għal kulħadd u hi bla ħlas. Għal aktar tagħrif ikteb jew ċempel lill-Uffiċċju Parrokkjali tal-Katidral tal-Mdina fuq 21456620 / 21454136 / 79616970 u/jew fuq l-indirizz elettroniku parrocca.mdina@maltadiocese.org